Aqbeż għal kontenut

Kif nagħżlu l-ingredjenti tagħna?

Is-sikurezza tal-prodott hija l-ogħla prijorità tagħna. Il-prodotti tal-kura tad-dar u tal-kura personali tagħna jintużaw kuljum minn miljuni ta’ nies madwar id-dinja. In-nies jafdawna biex nipprovdulhom prodotti li huma sikuri għalihom, għall-familji tagħhom u għall-ambjent.

L-istandards tal-ingredjenti tagħna

L-istandards tal-ingredjenti tagħna huma ddeterminati minn tliet fatturi ewlenin: il-liġijiet u r-regolamenti, il-valutazzjonijiet tagħna stess rigward is-sikurezza, u l-preferenzi li jinbidlu tal-konsumaturi.

Bħala minimu aħna niżguraw li l-prodotti tagħna jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli. F'diversi oqsma aħna stabbilixxejna l-istandards tagħna f’livelli ogħla minn dawk irrekwiżiti mil-liġi. Fejn iseħħ dan aħna nistennew li l-fornituri u s-sħab tagħna jissodisfaw dawn l-istandards ukoll. Bl-istess mod, meta nieħdu marka ġdida jew kumpanija ġdida aħna naħdmu biex niżguraw li huma jissodisfaw l-istandards tagħna kemm jista’ jkun malajr.

Aħna napplikaw l-istess standards f’kull parti tad-dinja fejn jiġu prodotti, jinbiegħu jew jintużaw il-prodotti tagħna. L-istandards tagħna jiġu kontinwament irriveduti u aġġornati fil-kuntest ta' informazzjoni ġdida.

Sir af aktar f‘ ‘il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-ingredjenti mwieġba‘.

Kompetenza ambjentali u fis-sikurezza

Unilever għandha Ċentru għall-Assigurazzjoni Ambjentali u s-Sikurezza (SEAC) iddedikat b'persunal ta' madwar 200 persuna, inklużi xjenzati rrikonoxxuti bħala mexxejja fil-qasam tagħhom.

L-għan ewlieni tat-tim tas-SEAC huwa li jivvaluta s-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti tal-Unilever biex jaċċertaw li huma sikuri għan-nies li jużawhom, l-impjegati tagħna, u l-ambjent.

Naċċertaw is-sikurezza u s-sostenibbiltà permezz tal-eċċellenza u l-kollaborazzjoni xjentifika

Minbarra li aħna stess inwettqu riċerka xjentifika pijuniera, aħna naħdmu wkoll mill-qrib ma’ awtoritajiet ewlenin madwar id-dinja inklużi regolaturi, xjenzati tal-gvern u esperti akkademiċi. Din il-kollaborazzjoni tiżgura li dejjem nużaw l-iżviluppi xjentifiċi l-aktar aġġornati fil-valutazzjonijiet tagħna tas-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali.

Il-valutazzjonijiet tagħna tas-sikurezza u s-sostenibbiltà

Mill-idea inizjali għal prodott ġdid, għall-produzzjoni tiegħu, għall-bejgħ tiegħu, saħansitra sa meta l-prodott jintrema, ix-xjenzati tagħna tas-SEAC huma preżenti f'kull fażi tal-prodott biex jiggwidaw lit-timijiet tagħna rigward is-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali.

Qabel inniedu prodott, ix-xjenzati tagħna tas-SEAC jaħdmu ma’ timijiet ta’ Unilever biex jivvalutaw is-sikurezza tal-prodott u l-impatt fuq l-ambjent.

Aħna nużaw valutazzjonijiet tas-sikurezza u s-sostenibbiltà rrikonoxxuti f’livell internazzjonali li jqisu t-teknoloġija tal-prodott, l-ingredjenti tiegħu, u kif se jiġi użat.

Nifhmu l-periklu, l-espożizzjoni u r-riskju

Il-valutazzjoni tagħna tas-sikurezza tqis żewġ fatturi ewlenin - il-periklu u l-espożizzjoni - fid-determinazzjoni tal-livell tar-riskju ta' ingredjent jew prodott.

Perikli potenzjali jinsabu kullimkien madwarna u xi kultant anki fil-postijiet fejn l-inqas nistennew li jkunu.

Pereżempju: iċ-ċjanur huwa kimika perikoluża u jista' jiġi rrilaxxat meta tittiekel iż-żerriegħa tat-tuffieħ.

Nafu li ċ-ċjanur huwa periklu imma l-livelli baxxi ħafna li jiġu rrilaxxati u li aħna nkunu esposti għalihom meta aċċidentalment nieklu ftit żerriegħa tat-tuffieħ ifisser li huma m’humiex riskju.

Il-valutazzjoni tal-periklu mill-espożizzjoni hija partikolarment rilevanti għall-għażla tal-ingredjenti u biex ikun żgurat li l-ingredjenti jintużaw f’livelli tajba biex ikunu kemm sikuri kif ukoll effettivi.

Meta nivvalutaw l-espożizzjoni għal prodott aħna nqisu kemm mill-prodott x'aktarx li jintuża kull darba, u t-tul u l-frekwenza tal-użu. Aħna ninkludu wkoll il-possibbiltà ta’ użu mhux intenzjonat prevedibbli tal-prodott; pereżempju: meta jintuża l-ġel tad-doċċa biex tinħasel ix-xagħar.

Meta niżguraw li l-livelli tal-espożizzjoni għal prodott ikunu ferm inqas minn dawk li jistgħu jikkawżaw ħsara, aħna nistgħu nkunu ċerti li l-prodotti tagħna huma sikuri għan-nies li jużawhom, l-impjegati tagħna, u l-ambjent.

Jekk xi informazzjoni ġdida dwar ingredjent issir disponibbli aħna nivvalutawha. Jekk din l-informazzjoni tbiddel il-valutazzjoni tar-riskju preċedenti tagħna, aħna dejjem naġixxu.

Nagħtuk widen

Minn żmien għal żmien uħud min-nies li jużaw il-prodotti tagħna jgħidulna li jippreferu li nagħmlu ċerti prodotti mingħajr ċerti ingredjenti. L-ingredjenti kollha fil-prodotti kollha tagħna huma sikuri; madankollu, fejn ikun disponibbli ingredjent alternattiv adattat aħna dejjem se nikkunsidraw li nissostitwixxu.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar xi ingredjenti fi kwalunkwe prodott tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Back to top