Kontroll tal-impuritajiet
F'xi prodotti jista’ jkun hemm impuritajiet żgħar (magħrufa bħala 'traċċi' jew 'traċċi ta' kontaminanti') – jew minħabba li huma preżenti b'mod naturali fil-materja prima, jew minħabba li jfeġġu matul il-proċess tal-manifattura.
Irridu li n-nies ikollhom fiduċja sħiħa fil-marki tagħna. Aħna nirsistu ħafna biex safejn hu possibbli nżommu l-prodotti tagħna ħielsa mill-impuritajiet u għandna kontrolli tal-kwalità stretti fuq il-materja prima u l-ingredjenti li nużaw, u fil-proċess tal-manifattura.
L-ispeċifikazzjonijiet li stabbilixxejna jiżguraw li l-livell ta’ kwalunkwe impurità fil-prodotti tal-kura tad-dar u l-kura personali tagħna jkunu fl-aktar livell baxx li raġonevolment jista' jintlaħaq. Dan jiżgura li l-ammont ta’ traċċi ta' kontaminanti preżenti fil-prodotti tagħna jkun sikur għan-nies u għall-ambjent.
Xi wħud mis-sustanzi li ħafna drabi jistaqsuna dwarhom huma l-ftalati, il-merkurju u l-1,4-dijossan.
Ftalati
Il-ftalati huma familja ta’ kimiċi li jżidu l-flessibilità u d-durabilità tal-plastiċi. Dawn komunement jintużaw fil-materjali tal-imballaġ, pavimenti, kejbils, bagalji, tagħmir sportiv u apparati mediċi.
Aħna ma nużawx ftalati fil-produzzjoni tal-prodotti tagħna, għalkemm traċċi żgħar ħafna, li huma fi ħdan il-livelli tas-sikurezza, jistgħu jkunu preżenti.
F'konformità mal-istandards tagħna stess li nevitaw il-ftalati, ma nużawx ftalat tad-dietil (DEP), li huwa solvent użat biex jitħalltu l-ingredjenti tal-fwejjaħ. Minflok, nużaw approċċi oħra biex ngħaqqdu l-ingredjenti tal-fwejjaħ.
Aħna dejjem niżguraw li kwalunkwe ftalat li nużaw fl-imbaħħaġġ huma inqas mill-livelli vvalutati bħala sikuri mill-awtoritajiet regolatorji.
Komposti tal-merkurju
Il-merkurju huwa metall tqil, abjad fiddien li huwa likwidu f'temperatura ambjentali. Tradizzjonalment intuża f'xi pajjiżi għat-tħaffif tal-ġilda. L-espożizzjoni għal konċentrazzjonijiet għoljin ta’ ċerti forom ta’ merkurju jista’ jwassal għal reazzjonijiet allerġiċi, irritazzjoni tal-ġilda jew ħsara lis-sistema nervuża.
Aħna ma nżidux komposti tal-merkurju mal-prodotti tal-kura tad-dar u l-kura personali tagħna. Aħna nikkontrollaw b'mod strett kwalunkwe livell inevitabbli ta’ traċċi fil-materja prima li nużaw, bħat-talk, biex ikun inqas minn parti waħda kull miljun. Dan huwa inqas mil-livelli li huma vvalutati bħala sikuri mill-awtoritajiet regolatorji.
Aħna nappoġġaw l-attivitajiet mill-industrija b'mod ġenerali u l-awtoritajiet regolatorji biex inaqqsu jew jipprojbixxu l-użu intenzjonat ta' komposti tal-merkurju fi prodotti għall-kura tad-dar u l-kura personali.
1,4-dijossan
Il-prodotti tal-kura tad-dar u l-kura personali jista' jkun fihom kwantitajiet żgħar ta' kompost imsejjaħ 1,4-dijossan, li jista' jifforma waqt il-manifattura. Ammonti ta’ traċċi ta’ 1,4-dijossan jistgħu jkunu wkoll b'mod naturali f'ikel bħat-tadam, il-kafè u t-tiġieġ imsajjar.
Ir-regolaturi, inkluża l-Amministrazzjoni għall-Ikel u għall-Mediċini (FDA), l-aġenzija tal-Istati Uniti responsabbli għas-sikurezza tal-ikel u l-mediċini tal-Istati Uniti, stabbilixxew li l-livelli ta’ 1,4 dijossan misjuba fil-prodotti tal-kura personali mhumiex ta' riskju għas-saħħa. Madankollu, f'livelli għoljin ta’ espożizzjoni 1,4-dijossan huwa potenzjalment karċinoġen uman u għalhekk aħna noqogħdu attenti biex nimminimizzaw il-livelli tiegħu billi nimponu kontrolli stretti fil-proċess tal-manifattura.
Aħna niżguraw li l-livelli ta' 1,4 dijossan fil-prodotti tal-kura tad-dar u l-kura personali tagħna huma fi ħdan il-parametri sikuri. Għal ħafna snin aħna imponejna limitu ta’ 10 partijiet kull miljun għall-prodotti tal-kura personali tagħna u 30 parti kull miljun għall-prodotti tal-kura tad-dar tagħna. Il-livelli jirriflettu ingredjenti u tipi ta’ prodotti differenti.