Fluworur
Li s-snien u l-ħniek ikunu f'saħħithom u b'saħħithom huwa essenzjali għas-saħħa u l-benesseri tan-nies. It-tindif tas-snien b’mod regolari b’toothpaste li fih il-fluworur jgħin biex jipprevjeni t-taħsir tas-snien u jtejjeb l-iġjene tal-ħalq.
Il-fluworur fil-prattika ilu jiġi miżjud mat-toothpaste għal aktar minn seklu, u miljuni jużawh kuljum b'mod sikur.
F'ħafna pajjiżi, il-fluworur jiżdied mal-ilma tax-xorb biex itejjeb is-saħħa tas-snien b’mod ġenerali. Il-Federazzjoni Dentali Dinjija FDI tgħid li aktar minn 350 miljun persuna f'aktar minn 30 pajjiż jibbenefikaw mill-fluworizzazzjoni tal-ilma.
Il-mistoqsijiet tiegħek imwieġba
Għaliex Unilever tuża l-fluworur fit-toothpaste?
Il-fluworur fit-toothpaste joffri mod sikur, affordabbli u faċli biex tipproteġi s-snien kontra t-taħsir. Huwa wieħed mill-impenji tal-Pjan ta’ Għajxien Sostenibbli tagħna li ngħinu biev tittejjeb is-saħħa orali tan-nies madwar id-dinja u għandna sħubija fit-tul mal-Federazzjoni Dentali Dinjija FDI biex nippromwovu l-importanza tat-tindif tas-snien darbtejn kuljum b’toothpaste tal-fluworur.
Fluworur żejjed jagħmel ħsara lis-snien?
Tfal li jikkunsmaw ammonti eċċessivi ta fluworur, f'età bikrija waqt li jkunu qed jiffurmaw is-snien, jistgħu jiżviluppaw tbajja fuq snienhom, magħrufa bħala fluworosi dentali. Madankollu, dan normalment iseħħ f'pajjiżi b'livelli għoljin ħafna ta’ fluworur preżenti b'mod naturali fl-ilma tax-xorb.
Minħabba li t-toothpaste normalment ma jinbelax, huwa żgħir ir-riskju li jikkawża fluworosi dentali. Madankollu, il-ġenituri għandhom jissorveljaw lit-tfal żgħar meta jkunu qed jaħslu snienhom, biex ma jħalluhomx jibilgħuh. L-effetti tal-fluworosi dentali huma ġeneralment kożmetiċi u mhux ta’ ħsara għas-saħħa.
Fluworur żejjed iwassal għal problemi tas-saħħa?
Il-problemi tas-saħħa rrelatati mal-fluworur huwa marbuta mal-użu tiegħu fl-ilma tax-xorb, mhux fit-toothpaste. Meta jinbela', il-fluworur jgħaddi mis-sistema diġestiva għal ġod-demm u għandu t-tendenza li jakkumula f'żoni tal-ġisem li huma għoljin fil-kalċju, bħall-għadam u s-snien.
L-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti stabbiliet li l-ammont massimu ta' fluworur li hu permess fl-ilma tax-xorb huwa ta' 4mg għal kull litru. Espożizzjoni fit-tul għal livelli ogħla minn dan tista’ tikkawża kundizzjoni msejħa fluworosi skeletali, li eventwalment tista' tirriżulta f'ebusija u uġigħ fil-ġogi, għadam dgħajjef u ksur fin-nies anzjani. Studji xjentifiċi ma sabu l-ebda rabta bejn il-fluworur u l-kanċer.
Liema prodotti ta’ Unilever fihom il-fluworur?
Il-marki kollha tat-toothpaste tagħna, inklużi Signal, Pepsodent, Mentadent, Aim, Zendium, Regenerate u Zhong Hua, fihom il-fluworur. Huwa jissejjaħ fluworur tas-sodju jew monofluworofosfat tas-sodju fil-lista tal-ingredjenti fuq il-pakkett.